Tuesday, July 22, 2008
Tbattalt
Tbattalt. Tbattalt minn kollox. Tbattalt mix-xemx ta’ kuljum li qliet kull ankra li sabet kemm ili hajja. Tbattalt mir-riha tfuh tal-bahar, miz-ziffa kiesha fil-bitha fl-eqqel tas-Sajf. Tbattalt minn kull kelma li dawwar ilsieni. Tbattalt minn kull ghoqda li ghaqqadt, hallejt kull coff. Tbattalt minnek, u ghajnejk cari u xaghrek qamhi, u s-sighat kollha li trejjaqt mid-dieqa tieghek. In-niket li ghasart minnek. Helu helu.
Thursday, April 24, 2008
Granet godda
Ili sew ma nersaq 'l hawn. Dis-swidija kollha. Forsi missni nikkunsidra bidla tal-kulur fl-isfond. Isma' l-kliem tqil u pedantiku. Qatt m'ghadu jkolli wisq cans. Belt gdida mimlija hajja u zghazagh multinazzjonali ma thallilekx wisq nifs, u dan ma jdejjaqni xejn biex niftehmu. Illum ga' l-Hamis; hawnhekk iz-zmien jitgerbeb bhall-karamelli. Sibt ftit minuti qabel il-brejk biex inholl zewg kelmiet. Il-lejla suppost se mmur nara performance taz-zfin ma' wiehed li ltqajt mieghu il-weekend li ghadda. Qed jiehu interess zejjed fija u qed iqajjimli s-suspetti. Forsi fqir u ghandu bzonn mara ddawwarlu lira, forsi ghandu xi marda kerha u mwarrab minn kulhadd, forsi psikopatiku fil-verita' imma għall-bidu jidher normali.
L-ahhar xhur tieghi f'din il-belt gdida kienu mimlija bhas-soltu, imqajmin, kuluriti, imtektkin b'hafna ucuh u postijiet godda li qatt ma rajt f'hajti. Il-Hdud, fejn Malta dejjem naghzel li nixxahxah ghad-dell gewwa forsi xi darba nikteb il-kapulavur ta' hajti, hawnhekk nitlaq kollox minn idi u nkompli niggerra, kif jien u shabi nistejqru minn lejl shih barra. Niekol xi haga, nilbes u nitlaq 'il barra. Inqas ma noqghod fil-flat ahjar. Hawnhekk zdiedu l-mumenti fejn tassew inhossni kuntenta u xortija tajba. Inkun miexja lura d-dar mix-xoghol fix-xemx, u niftakar li jien qieghda f'belt gdida fejn qatt ma tispicca idek f'idek u fejn hemm elf haga x'issib. U minnufih tahrabli tbissima. L-idea li nqattghu tliet kwarti minn hajjitna x-xoghol xorta ghadha tkiddni, madankollu. Din l-ikbar tragedja umana. Zball li ma jinhafer qatt. L-iskrivanija x-xoghol lanqas thares lejn it-tieqa. Quddiemi nara l-hajt abjad. U kultant indawwar wicci, nittawwal barra, xi drabi anki nersaq lejn it-tieqa u ntawwal idi fir-roqgha xemx li tidhol. Il-kurituri dritti u siekta wisq.
M'ilux mort il-Lussemburgu fejn iltqajt ma' hafna Maltin vicin xulxin, mhux bhall-Maltin t'hawnhekk. Laqghuna tajjeb u hadt gost insir nafhom. Ghalkemm post kwiet, strihajt fil-weekend tal-Lussemburgu. Bejn lejl imzebbel it-Tube u ikliet f'restoranti Tibetani, ghaddejtha.
Hawnhekk gieli nhossni tant ferhana li mhux l-ewwel darba li ghaddhieli l-hsieb li lejn Malta ma nersaqx aktar. Inkun f'xi kuncert tajjeb jew xi wirja ta' l-arti, u nhoss li arti qatt ma sqietni minn dan. Minflok dahket f'wiccu u kinsitu taht it-tapit u sadditli halqi. U b'hekk nistkerraha u nhossni fl-ahhar hienja 'l boghod mid-djuq il-mohh tan-nies izekzku u l-għajnejn jisqru. Imma mbaghad, inxomm il-fwieha taz-ziffa mil-bahar, is-shana helwa tas-Sajf, ix-xemx tolqot it-toroq u taghti n-nar il-gebla ratba safra, li titfarrak taht subghajk. U ma nkunx nista' ninsa, nitqalleb fis-sodda u nohlom bl-ilhna hielsa, il-madum kiesah, il-blat minn fejn thares lejn il-mewg sejjer 'il barra, 'il boghod, 'il boghod fejn, x'imkien, hemm dinja.

Thursday, February 21, 2008
Sex and the City
Jien u erba' episodji ta' Sex and the City. Carrie Bradshaw ssaqsi mistoqsijiet banali dwar il-hajja u n-namrati filwaqt li shabha jorqdu ma' hafna rgiel sbieh, u koroh. Jien fis-sodda, nisma' t-tapp iqattar xi kultant. Ghadni bla Cable TV u issa xbajt nistenna. Dan il-weekend ghandu jkun tajjeb jekk Alla jrid. Jien u l-lampa ta' hdejn is-sodda. Kemm inhobbhom il-lampi ta' hdejn is-sodda. Jien u shabi gol-kompjuter. Jien u l-post il-gdid. Jien u l-bedspread il-gdida li behsiebni nixtri. Jien u l-magg kafe li nsejt nixrob. Jien u l-pigama l-kerha s-sewda. Jien u l-kremi tal-wicc. Jien u zaqqi tugghani. Jien u siehbi Vahur il-mignun li ghamel film tat-tbellih. Jien u hafna rgiel minn pajjizi differenti. Jien u l-commands tal-blogg bl-Olandiz. Jien u l-laptop il-gdid li ghad irrid nixtri. Jien u t-temp sabih li ghamel dan l-ahhar. Jien u l-veduta tas-sema roza mit-tieqa. Jien u l-gara li nismaghha tinhasel. Jien u l-inkwatru ta' koppja titlob. Jien u l-arlogg wieqaf. Jien u erba' episodji ta' Sex and the City. Wara xulxin. Fis-sodda.
Wednesday, December 12, 2007
Nofs ta' lejl
Hawn jien f'nofs ta' lejl nisma' l-Last.fm u mixhuta fis-sodda bil-laptop f'hogri. Kont qed inqalleb il-gazzetta tac-cinema Nova u nfittex x'qed jigri f'Dicembru. Fil-lejl qabel ma nitlaq ha jaghmlu xi lejla li isimha ovvjament ma nistax nifhmu bil-Franciz/Olandiz: Nuit des Publiphobes. U publiphobes x'ikunu? Insomma behsiebni mmur ghax dal-post veru interessanti. L-ahhar li mort kien hemm zghazagh b'wicchom maghkus u b'nuccalijiet bi frejm ohxon. Nhar il-Gimgha siehbi Vahur tielaq lejn Kuba. Issa naraw ma' min nispicca noqghod. Jien qatt ma ddardart indur wahdi. Xi drabi l-hena tieghi.
Illum kelli mmur nara play fit-teatru Fjamming KVS, imma skoprejna li kienet ghada minflok. Il-bierah rajt performance ta' danza kontemporanja u kieku tafu kemm kienet tajba! Hallietni bla nifs vera. Dawn jisimhom Les Ballets C. de la B. u ilhom jezistu xi ghoxrin sena.
Ghada ghandna lejla tar-Rumanija u pitghada l-istaff party tax-xoghol li ghalih ha jkolli ndellek il-hobz biz-zejt. Bhalissa qed inkellem 'il dal-Franciz li ltqajt mieghu s-Sibt li ghadda. Qed jistudja l-Fizjoterapija hawnhekk u bniedem sportiv. M'ghandux x'jaqsam mieghi.
Place St Catherine zejnuha b'hafna dwal sbieh, rota daqs dinja li tista' tirkibha biex titla' fl-ajru fl-gholi, ice rink bajda bajda u hafna tined ibieghu inbid shun, xalel, pancakes, hot chocolate, gizirajjen...minn kollox.
Fl-ewwel ritratt: Jien ma' Omar, Malti li jahdem Brussell, waqt party fid-dar tieghu s-Sibt li ghadda, fejn iltqajt ma' Irlandiz mignun u Taljan edukat, fost hafna nies ohra
It-tieni: Place St Catherine fi zmien il-Milied
Friday, December 07, 2007
Ngħas
Ħuti Maltin,
Il-bieraħ mort niekol għand xi ħbieb li għamilt kemm ili hawn. Koppja li kienu jgħixu fid-dar fejn qed ngħix jien - il-ġuvni Franċiż qed jistudja Lille u t-tfajla Pollakka qed taħdem voluntiera fuq xi programm ta' l-UE. Sabu post ġdid viċin il-Grand Place, l-inħawi li qed infittex jien. Ħadt gost għax iltqajt ma' nies nice. Kien hemm waħda Ingliża li tpaxxejt nisma' l-Ingliż tagħha hawn qalb l-Ingliż mgħaffeġ, u Kroata li vera ddaħqek kif titkellem. Kilna risott tajjeb u wara lanġas biċ-ċikkulata. Illum id-dar għandi mnejn nipprova naqli bajda u nagħmel ic-chips mill-patata li xtrajt. (Eħe, għal min ma jafx: għadni qed nitgħallem insajjar!)
Dan il-weekend għadni ma ddeċidejtx x'se nagħmel, fejn is-soltu ppakkjata bl-attivitajiet. Nixtieq immur nara xi performance. Din il-ġimgħa qed nirkupra mill-ġiri kollu li ġrejt ix-xahar li għadda u qed inħalli n-ngħas jirbaħni. Nixtieq immur Antwerp jew Gentt, jew...min jaf - Amsterdam? :)
Illum għandi mmur niġbor il-kamera ġdida li xtrajt. Jekk il-commands huma bil-Franċiż, jista' jżommha.

L-ewwel ritratt: Jien ma' Vahur, Estonjan li jahdem fil-Kumitat Ekonomiku u Socjali wkoll u Bosko, mill-Boznja imma ilu jghix l-Irlanda ghal dawn l-ahhar ghaxar snin, f'Recyclart waqt li konna qed nisimghu band vera tajba Amerikana, Dirty Projectors
It-tieni: Il-Grand Place mixghula bil-lejl
It-tielet: Flea market fi Place Jeux de Balles. Innota l-muzicisti bid-drums u s-sassofanu f'nofs in-nies
Ir-raba': Mont des Arts - zona mimlija muzewijiet u centri ta' l-arti
Thursday, December 06, 2007
Brussell
Ħuti Maltin,
Kif forsi x'uħud intebħu u ħafna oħrajn 'qas biss indunaw, jien bħalissa ninsab fil-belt griża u amministrattiva ta' Brussell, u xhieda ta' dan huma l-fonts Maltin li jien qatt ma ndenjajt ruħi nniżżel fuq il-kompjuter tiegħi tad-dar, kif ukoll il-fatt li għebt minn kull triq u kantuniera, kull bar mudlam u kull ġuvni mgerrem Malti. Issa ilni xahar hawn, u f'dan ix-xahar ma sibtx ċans inpoġġi bil-qiegħda u nikteb il-blogg, jew aħjar ma ridtx insib ċans għax taħrat Brussell u 'l ta' madwar iżjed interessanti.
Imma llum inzertajt għandi sagħtejn kalmi x-xogħol u l-muża u b'hekk għidt ħa nħarbex xi ħaġa. Waqt li qiegħda hawn, bejnietna, qiegħda seba' għajnejn fuq il-Malti tiegħi, ma jmurx isir tqil u ggalbat bħal ta' xi tradutturi, ma mmurx nibda ninstema' qisni Dun Victor Grech jew Charles Arrigo, jew Manwel Mifsud meta jaqra r-rumanzi. Nispera li l-humour tiegħi ma jiggalbax ruħu żżejjed ukoll.
Ma nafx minn fejn nibda. Kemm ili hawn litteralment ħrattha Brussell, niġbor kull gazzetta u riklam li nara, infittex teatri u mużewijiet fuq il-mappa, indur fil-kesħa l-aqwa li nsib xi rokna ġdida. U affarijiet ġodda sibt kemm trid, u wkoll erbat iħbieb (qed inħoss l-istil tiegħi jitqal...ajjut!) . Biex ngħid dak kollu li rajt u għamilt indum seklu. Fost l-iżjed avvenimenti interessanti kienu l-film festival ta' Kenneth Anger fejn tkellem id-direttur stess; lejla fiċ-ċinema Nova (ċinema alternattiva) fejn qattajna xi sagħtejn bil-qiegħda fid-dlam nisimgħu dak li rrekordjaw erbat irwieħ fil-vena ta' l-esperimentazzjoni, flok narawh; Recyclart - bar alternattiv fejn stazzjon tal-ferrovija jsir bar u post fejn isiru gigs tajbin fl-għaxija (il-crowd qisha dik ta' Misfits u hekk); il-ħwienet tal-komiks; ħanut li jbiegħ LP's antiki għal prezz irħis. Rajt ukoll plays u esibizzjonijiet interessanti, m'għandniex xi ngħidu. Brussell hija belt żgħira imqabbla ma' l-oħrajn, imma viċin l-ibliet il-kbar. Ma' din il-bloggata se nżid xi ritratti għat-togħma.
Il-ġimgħa l'għaddiet mort Londra, u ġġennint warajha. Jien hemm irrid immur naħdem! Meta ġejt lura Brussell, rajt kollox mejjet u ċass. Vera nixtieq immur spiss Londra. Issa, ġimagħtejn oħra u nerġa nsib ruħi Malta ħanina ħobża u sardina...x'hena.

L-ewwel ritratt: Klinsmann minn fuq il-bejt tad-dar Malta. Il-punt fejn fhimt li KELLI nitlaq.
It-tieni: Delirium, bar fi Brussell ghax ghandu 'l fuq minn xi elf birra differenti!
It-tielet: Id-dahla ta' Theatre les Tanneurs fejn s'issa rajt xi tliet performances vera tajbin!
Ir-raba': Il-metro stop ta fejn qed noqghod - Ribaucourt
Il-hames: L-ufficcju f'wiehed mill-binjiet f'Rue Belliard, it-triq fejn jinsab il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew
Sunday, October 14, 2007
Glare
It's white steel that feeds the sky
today it's made of white clouds and snowy glares of light
that spill desolately
and make the day nightly
the silence that hammers on the doors of hearts
to be let in
is engulfing and intoxicating
and I drink it quite eagerly
to spit it out then
after a while you taste its strange flavour
of frogs in the darkness
burping like beasts that hop on your forehead
to eat it out
perhaps
slowly,
with forks and knives
eagerly
not forgetting their manners
I stare at some words
I read Friday
they throb
I sleep.

Subscribe to:
Posts (Atom)