Barra

Kieku nista' nqatta gurnata shiha nitlajja barra. L-ewwel immur il-Belt sal-hwienet u l-Monti nixtri c-cekcik, imbaghad il-bahar Wied iz-Zurrieq, imbaghad kif jinfetahli l-aptit niekol pizza jew xi haga friska minn hdejn il-bahar, u fl-ahhar nissakkar ic-cinema ghall-ksieh nara film tajjeb. U ma nersaqx lejn id-dar. Ghandi bzonn ta' barra. Fl-ghaxija nibqa' ndur f'toroq imserrpa kollha dlam u ghefiered sa ma nasal hdejn xi kappella qed tittiekel u forsi niehu drink f'xi bar fqir. Irrid barra. Ghadek ma tafx kemm ghandi bzonn. Mieghi ngorr labes u karta ha nharbex ukoll. U jekk jista' jkun norqod ghand xi habib tieghi l-Belt u nqum 'il boghod minn dari. U nerga' mmur nghum u nqatta' izjed u izjed sighat barra. U ma nigix lura u hadd ma jerga' jsibni.

Comments

Popular Posts