Brussell






Ħuti Maltin,

Kif forsi x'uħud intebħu u ħafna oħrajn 'qas biss indunaw, jien bħalissa ninsab fil-belt griża u amministrattiva ta' Brussell, u xhieda ta' dan huma l-fonts Maltin li jien qatt ma ndenjajt ruħi nniżżel fuq il-kompjuter tiegħi tad-dar, kif ukoll il-fatt li għebt minn kull triq u kantuniera, kull bar mudlam u kull ġuvni mgerrem Malti. Issa ilni xahar hawn, u f'dan ix-xahar ma sibtx ċans inpoġġi bil-qiegħda u nikteb il-blogg, jew aħjar ma ridtx insib ċans għax taħrat Brussell u 'l ta' madwar iżjed interessanti.

Imma llum inzertajt għandi sagħtejn kalmi x-xogħol u l-muża u b'hekk għidt ħa nħarbex xi ħaġa. Waqt li qiegħda hawn, bejnietna, qiegħda seba' għajnejn fuq il-Malti tiegħi, ma jmurx isir tqil u ggalbat bħal ta' xi tradutturi, ma mmurx nibda ninstema' qisni Dun Victor Grech jew Charles Arrigo, jew Manwel Mifsud meta jaqra r-rumanzi. Nispera li l-humour tiegħi ma jiggalbax ruħu żżejjed ukoll.

Ma nafx minn fejn nibda. Kemm ili hawn litteralment ħrattha Brussell, niġbor kull gazzetta u riklam li nara, infittex teatri u mużewijiet fuq il-mappa, indur fil-kesħa l-aqwa li nsib xi rokna ġdida. U affarijiet ġodda sibt kemm trid, u wkoll erbat iħbieb (qed inħoss l-istil tiegħi jitqal...ajjut!) . Biex ngħid dak kollu li rajt u għamilt indum seklu. Fost l-iżjed avvenimenti interessanti kienu l-film festival ta' Kenneth Anger fejn tkellem id-direttur stess; lejla fiċ-ċinema Nova (ċinema alternattiva) fejn qattajna xi sagħtejn bil-qiegħda fid-dlam nisimgħu dak li rrekordjaw erbat irwieħ fil-vena ta' l-esperimentazzjoni, flok narawh; Recyclart - bar alternattiv fejn stazzjon tal-ferrovija jsir bar u post fejn isiru gigs tajbin fl-għaxija (il-crowd qisha dik ta' Misfits u hekk); il-ħwienet tal-komiks; ħanut li jbiegħ LP's antiki għal prezz irħis. Rajt ukoll plays u esibizzjonijiet interessanti, m'għandniex xi ngħidu. Brussell hija belt żgħira imqabbla ma' l-oħrajn, imma viċin l-ibliet il-kbar. Ma' din il-bloggata se nżid xi ritratti għat-togħma.

Il-ġimgħa l'għaddiet mort Londra, u ġġennint warajha. Jien hemm irrid immur naħdem! Meta ġejt lura Brussell, rajt kollox mejjet u ċass. Vera nixtieq immur spiss Londra. Issa, ġimagħtejn oħra u nerġa nsib ruħi Malta ħanina ħobża u sardina...x'hena.
L-ewwel ritratt: Klinsmann minn fuq il-bejt tad-dar Malta. Il-punt fejn fhimt li KELLI nitlaq.
It-tieni: Delirium, bar fi Brussell ghax ghandu 'l fuq minn xi elf birra differenti!
It-tielet: Id-dahla ta' Theatre les Tanneurs fejn s'issa rajt xi tliet performances vera tajbin!
Ir-raba': Il-metro stop ta fejn qed noqghod - Ribaucourt
Il-hames: L-ufficcju f'wiehed mill-binjiet f'Rue Belliard, it-triq fejn jinsab il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew

Comments

gybexi said…
ghadek qed toqghod Molenbeek?

jien ghext kemm Londra u kemm Brussell (ghalkemm m'ghamiltx hafna zmien Londra).

Londra li kellek kollox kien ghali infern (rajt grupp hawn kien EUR 4, l-istess grupp Londra kien 6.50... STERLINI) u trid toqghod tivvjaga ghax jekk ma timpalax il-liri iebes issib xi haga Zones 1 and 2.

li ghandek tajjeb Londra l-ewwel u qabel kollox il-lingwa, il-kobor tal-post ghax fih tesplora, u minhabba d-daqs hemm iktar options nahseb (ghalkemm jekk ma' Brussell tista' tinkludi Anversa, Leuven u Ganda [jew Entwerrp u Gentt bil-Malti] li bejniethom hemm offerti kulturali u ta' hrug daqs jew iktar minn Londra)

Iz-zewgt ibliet huma pjuttost simili f'certi affarijiet. It-tnejn inhobbhom imma nahseb nippreferi (bi ftit) Brussell - l-ikel, l-arkitettura, n-nies, l-istruttura socjali (u n-nuqqas ta' nazzjonalismu u tvenvin zejjed ta' bnadar) nippreferihom.
Miriam Galea said…
Iva ta hemm għadni...issa qed infittex post aħjar imma da l-aħħar tgħażżint. Irrid post viċin iċ-ċentru, il-Grand Place, ħalli fl-għaxija ma noqgħodx kull draba nħabbel rasi għall-metro f'nofs ta' lejl, qisni Cinderella! U l-post irid ikun fih televixin, washing machine u microwave.

Londra ħafna aktar qawwija minn Brussell, tħoss li xi haġa qed tiġri hemm, u n-nies kollha b'dik l-attitude :) li taf ixxebbgħek ukoll. Barra minn hekk, tieħu r-ruħ tismà lingwa li tifhem u tgħix kultura li int familjari magħha u li hi ħafna simili għal tagħna. Londra ħassejtni at home mill-ewwel. Jien tgħoġobni l-lingwa u l-kultura Franċiża, imma issa dal-Franċiż kollu qed nistħajlu ta' xi ħadd li qed jitkellem wara li bela' qanpiena. Għajjieni, f'kelma waħda. Nippreferi l-Ingliż floku.

Dwar Gentt u Antwerp għad irrid nara, għax s'issa Brouge u Leuven biss mort. Forsi mmur dal-weekend Gentt...meta l-aħjar li tmur?
gybexi said…
Naf li ta' tahti ghal kiri imma mhux fic-centru.

Jien kont indifferenti ghal Franciz meta gejt, ghamel ftit zmien ighogobni imma biz-zmien sar idejjaqni.

Il-Franciz kontemporanju hu lingwa nasali u deep-voiced b'xebgha ezitazzjonijiet... shock meta tkun minghalik kullhadd ser ipespislek voulez-vous coucher avec mois b'lehen inkantevoli u sublimi bhal tal-films tal-50ijiet ;)

L-ahhar li mort Londra (xahrejn ilu?)... kont qed nistenna biex naqsam it-triq u kont qed naqra billboard and suddenly it dawned on me... ghedt "il-ostja.. l-affarijiet miktubin b'lingwa li qed nahseb fiha bhalissa".
Ghalkemm ikolli nammetti (reluctantly) li gieli nahseb bil-Franciz ukoll.

Antwerp iktar hip... l-aaaantwaarpenaars (ghax hekk jitkellmu - itawlu kull sillabba) huma nies jilbsu sabih (tajjeb tmur il-ModeMuseum la tkun hemm), arty-rich u proud - and they've got the superior attitude that goes with it...

Gent qisha cross bejn Antwerp u Bruges (jew Brugge). in-nies iktar mellow.
Miriam Galea said…
Mela Antwerp immorru...għax aħna hip! Ta' taħtek furnished?
gybexi said…
u mela zobb sur kapillan! (kif nghidu n-nahat tieghi)

furnished: ma nafx. ma nahsibx. il-gnien sabih imma (ghax dak nista' narah minghandi)... filkas nghaddilek l-email jekk trid u rranga maghha (m'ghandekx x'titlef - l-iktar l-iktar tghijdilha m'intix interessata).
Anonymous said…
x'entuzjazmu madonna! kompli sejjer hekk.

Popular Posts