Ngħas





Ħuti Maltin,

Il-bieraħ mort niekol għand xi ħbieb li għamilt kemm ili hawn. Koppja li kienu jgħixu fid-dar fejn qed ngħix jien - il-ġuvni Franċiż qed jistudja Lille u t-tfajla Pollakka qed taħdem voluntiera fuq xi programm ta' l-UE. Sabu post ġdid viċin il-Grand Place, l-inħawi li qed infittex jien. Ħadt gost għax iltqajt ma' nies nice. Kien hemm waħda Ingliża li tpaxxejt nisma' l-Ingliż tagħha hawn qalb l-Ingliż mgħaffeġ, u Kroata li vera ddaħqek kif titkellem. Kilna risott tajjeb u wara lanġas biċ-ċikkulata. Illum id-dar għandi mnejn nipprova naqli bajda u nagħmel ic-chips mill-patata li xtrajt. (Eħe, għal min ma jafx: għadni qed nitgħallem insajjar!)

Dan il-weekend għadni ma ddeċidejtx x'se nagħmel, fejn is-soltu ppakkjata bl-attivitajiet. Nixtieq immur nara xi performance. Din il-ġimgħa qed nirkupra mill-ġiri kollu li ġrejt ix-xahar li għadda u qed inħalli n-ngħas jirbaħni. Nixtieq immur Antwerp jew Gentt, jew...min jaf - Amsterdam? :)

Illum għandi mmur niġbor il-kamera ġdida li xtrajt. Jekk il-commands huma bil-Franċiż, jista' jżommha.
L-ewwel ritratt: Jien ma' Vahur, Estonjan li jahdem fil-Kumitat Ekonomiku u Socjali wkoll u Bosko, mill-Boznja imma ilu jghix l-Irlanda ghal dawn l-ahhar ghaxar snin, f'Recyclart waqt li konna qed nisimghu band vera tajba Amerikana, Dirty Projectors
It-tieni: Il-Grand Place mixghula bil-lejl
It-tielet: Flea market fi Place Jeux de Balles. Innota l-muzicisti bid-drums u s-sassofanu f'nofs in-nies
Ir-raba': Mont des Arts - zona mimlija muzewijiet u centri ta' l-arti

Comments

Popular Posts