Nofs ta' lejl



Hawn jien f'nofs ta' lejl nisma' l-Last.fm u mixhuta fis-sodda bil-laptop f'hogri. Kont qed inqalleb il-gazzetta tac-cinema Nova u nfittex x'qed jigri f'Dicembru. Fil-lejl qabel ma nitlaq ha jaghmlu xi lejla li isimha ovvjament ma nistax nifhmu bil-Franciz/Olandiz: Nuit des Publiphobes. U publiphobes x'ikunu? Insomma behsiebni mmur ghax dal-post veru interessanti. L-ahhar li mort kien hemm zghazagh b'wicchom maghkus u b'nuccalijiet bi frejm ohxon. Nhar il-Gimgha siehbi Vahur tielaq lejn Kuba. Issa naraw ma' min nispicca noqghod. Jien qatt ma ddardart indur wahdi. Xi drabi l-hena tieghi.


Illum kelli mmur nara play fit-teatru Fjamming KVS, imma skoprejna li kienet ghada minflok. Il-bierah rajt performance ta' danza kontemporanja u kieku tafu kemm kienet tajba! Hallietni bla nifs vera. Dawn jisimhom Les Ballets C. de la B. u ilhom jezistu xi ghoxrin sena.


Ghada ghandna lejla tar-Rumanija u pitghada l-istaff party tax-xoghol li ghalih ha jkolli ndellek il-hobz biz-zejt. 


Place St Catherine zejnuha b'hafna dwal sbieh, rota daqs dinja li tista' tirkibha biex titla' fl-ajru fl-gholi, ice rink bajda bajda u hafna tined ibieghu inbid shun, xalel, pancakes, hot chocolate, gizirajjen...minn kollox.


Fir-ritratt: Place St Catherine fi zmien il-Milied

Comments

Anonymous said…
"La Nuit des Publiphobes" means "the Night of the Adphobics". It's a neologism made from "advertising" ("publicité" in french) and "phobic" (person who's afraid by / who hates).

It comes in reaction of "la Nuit des Publivores" (ad-eaters) where people watch video ads all night loooooong...

;-)
Mark Vella said…
qed tfakkrni f'meta jine kont nikteb il-bloggati dwar l-iljieli Lussemburgizi, sakem darba tlift lehni u m' ergajtx sibtu...

Mark
(he's seen a lot)
Miriam Galea said…
Haw', haw', haw' int. Bghattlek messagg ma nafx wasalx. Dan mhux lehni.

Popular Posts