Misluta blu






Bhalissa ghaddejja minn zmien ta' taqlib li wasal fuqi bhal tempesta li xxajtan il-bahar zejtni tal-Mediterran. It-taqlib tefghani fil-qalba ta' Brussell, belt griza u msahhba, b'riha ta' kartun u Gharab maqbuda fl-istazzjonijiet tal-metro, u b'bini kbir u gholi li fih joperaw l-oghla istituzzjonijiet Ewropej. Brussell b'hafna gonna kbar u hodor f'nofs il-griz. Brussell kiesha, specjalment bil-lejl. Brussell b'hafna kurituri twal u dojoq fid-disa' u l-ghaxar sulari. Brussell b'hafna nies lebsin pinna, hwejjeg tal-belt - mirquma u puliti.

Illum qed indoqq muzika ta' dieqa. It-temp huwa msahhab f'Settembru, id-dawl fjakk u l-Hadd ghajjien u mqanzah. Il-bierah qattajt ftit hin nerga' nara La Strada ta' Fellini, kemm hu tajjeb u veru. Ma xbajtx narah!

Brussell u t-treni u l-ksieh u l-indipendenza qed isejhuli, imma hawn ibenninni. Issa li gejja x-xitwa kollox jibda jmut u hafna nies idabbru rashom u jitilqu 'l-gzira. Kif tohrog diga' thoss iz-ziffa kiesha u l-bahh jitkaxkar. Id-dlam ikebbeb kollox kmieni u l-attivitajiet jonqsu u jiccaqilqu ghall-irdoss gewwa. U jien nahsibha - nigbidx il-bieb warajja u ningabar gewwa, jew nirfisx mill-ghatba 'l barra u nerhilha ghal ghonq it-triq.

Dawn huma xi ritratti li gbidt waqt zjara lil Sant'Iermu waqt li kont qed nahdem fuq l-ahhar artiklu fis-sensiela dwar il-Belt ghall-Modern Elegance ta' Settembru.

Comments

gybexi said…
Ghandek l-istess impressjonijiet li kellhi jien meta gejt.

Brussell tal-fjuri, tas-swieq storbjuzi, tal-knejjes vojta u kwazi abbandunati, ta' l-afrikani jiggestikolaw, tal-bricks homor li jsiru komuni ghalik iktar mill-gebla tal-franka, ta' 30 lingwa differenti fuq kull tram, tal-festi tal-kwartieri, tat-toroq kwieti, tat-toroq storbjuzi, ta' l-ingravajjet estonjani jitkellmu fil-vojt madwar Schuman, tal-gonna mghaddra li tiskopri bi zball, tat-tazzi imkissrin fil-flea markets, tan-nisa xjuh borgizi bil-poodle, ta' l-irgiel xjuh bit-tpingija u bil-poodle, ta' kappella zghira f'nofs burdell, tas-sinagogi u tal-knejjes ortodossi, tal-korruzzjoni u tar-red tape infinit, tal-komiks u tac-cinemii tat-tletinijiet, tal-pastini marokkini u t-té bil-pinjoli, ta' l-assurdita u tal-humour surreali - dawk jigu biss wara (u jekk tfittxhom biss...)

Fittex, fittex - imma mhux fik biss...

cheerio.
Miriam Galea said…
Bosta mill-affarijiet li sibt int huma izjed interessanti minn dawk li s'issa rnexxieli nara jien pero'!
Erezija said…
brussell miskina ghandha reputazzjoni hazina mal-Maltin. min jaf ghalfejn? J'alla li jibqghu jahsbu hekk hutna, halli ma jitbieghdux minn xtutna, u jhalluna nxahhmu butna, u issa ser nimmuta :)
Miriam Galea said…
Ejja Alex ma nitkesshux,
Nafu li ghandek il-flus fil-but,
Kompli xxahham, kompli thenna,
Forsi nithajjar nigi f'dik il-psewdogenna.
afanasjev said…
i, on the contrary, understood everything:D

Popular Posts