Hitan

Il-hitan bojod joqtluk kuljum. Tipprova ma tismax is-skiet, itanbar stinat tul il-kurituri, izda t-tektik hafif fuq il-keyboards, it-tpetpit solitarju tal-mouse, l-ilhna mbieghda f'ufficcju minnhom jibqghu ma jidfnuhx. Fil-kamra tal-arkivji xi hadd jixghel il-photocopier, li tibzoq folja wara l-ohra, mimlija cifri, kliem kbir kollu rpuzat, tahbiliet ta' ideat suggeriti u konsiderazzjonijiet meqjusa f'dokumenti Taljanizzati tal-Unjoni Ewropea. It-terremot f'Haiti, il-krizi finanzjarja, il-faqar dinji, l-izvilupp fil-pajjizi eks-Komunisti, il-bidla fil-klima, id-dinja li qed titbaskat, tinstamat, tinhall f'tahlita tossika ta' plastik jinten, jahraq l-imnifsejn, jistordi l-menti, izarrat ix-xaghar, inixxef il-gilda. U l-photocopier tofroq karta minn ohra, tifrixhom pulit fuq xulxin bhal suldati stenduti, nodfa, stirati, bojod bhal-lozor. Il-hoss tal-magna jkompli jheddlek, mill-ufficcju ta' hdejk tasallek konverzazzjoni bil-Franciz.

Barra, ix-xita ccarcar. Mal-hgieg l-ghodwa shiha. It-tubu abjad iktar mis-shab. U fl-erbgha ghoddu dalam. Ix-xoghol semplici. Il-jum battal. Fuq in-naha l-ohra tal-bitha tista' tara l-ufficcji ta' faccata, ringieli mimduda u kolonni weqfin. Jaqsmu 'l xulxin bhal wahda mill-eluf ta' dijagrammi fid-dokumenti dwar l-istatistika. Jew gallinar organizzat b'mod matematiku ghall-ahhar. Metodu preciz. Efficjenti. Pedantiku. F'kull kubu: impjegat maqbud wara skrivanija, forsi xi pjanta, u erba' stampi mal-hajt. Tifkiriet ta' dik li kellha tkun hajja. Destinazzjonijiet turistici. Qraba u gheziez. Oggetti ta' sbuhija estetika, bhal warda ghadha tiftah, ferh ta' qattus, il-Gebla tal-General, inzul ix-xemx.

Mit-twieqi ftit li xejn jidhol dawl. Il-ftit dawl li jidhol batut. It-temp, f'din il-belt, m'ghandux habta jkun sabih. Idoqq it-telefown. Jidhol faks.

Comments

Popular Posts