Jghajtu x-xjuh

Mill-gdid ninsab il-Kavallier. Barra l-Karnival. Ghamilt break shih niccassa lejn il-Gran Defile minn fuq il-hajt gholi madwar Pjazza Helsien. Kien il-bard u r-rih kiesah ghamilli ugiegh ta' ras, ma stennejtx li ha nibqa' mwahhla hemm siegha shiha. U ma nkunx irrid nitlaq. Issahhart nara x-xemx tolqot il-kuluri jghajtu u l-karti mqattghin kaxxi zghar jigu sparati fl-arja. Ir-rih beda jaqbadhom ghalhekk inferrxu mas-sema u tektkuha kuluri bhal fil-holm. Bqajt niccassa ghax ftakart f'meta kont zghira, fix-xemx tizreg fuq il-grounds fil-junior lyceum taz-Zejtun, fit-tfajliet bil-qmis imxattra u d-dublett imxammar, fil-Malti u fil-Malti.

Dak kollu li kont qed nara quddiemi kien Malti. Malti minn kull naha, minn gewwa, minn barra, minn fuq u minn isfel, minn wara u minn quddiem. It-tfajliet joqomsu fuq il-karrijiet bl-ucuh sfigurati u bl-ghajnejn daqs dinja kkuppjati minn dawk ta' Mickey Mouse. Il-guvintur jaqbzu u jiccelebraw malli jilmhu l-karru jinfetah; il-prezentatur jinhaq gol-microphone b'zaqqu kbira marsusa f'gakketta. Forsi kitsch, hamallu imma Malti, imhallat ma' xejn, mhux imgerrex minn surtu. Kieku l-affarijiet baqghu jikbru hekk f'kull qasam, kieku ghandna Malta mimlija daqs bajda, tingharaf, hajja, qawwija. Hekk kif qeghdin kollox ghajjien, kollox bezziegh, kollox prudenti, kollox jilghabha kollox barra Malti.

Comments

Popular Posts