Wied il-Ghajn

Illum naghlaq l-24. M'ghamilt xejn specjali, tafx. Gawdejt l-ewwel gurnata kwieta u vojta wara hafna gimghat mimlija sa ruh ommhom. It-temp hareg kemmxejn imsahhab f'hinijiet minnhom, imma x-xemx hargitli tizreg 'l hawn u 'l hinn. Qaluli Happy Birthday erbgha min-nies ukoll - zijuhi b'kartolina u c-cekk tas-soltu, Teodor, Edward, siehbi li ili naf minn zmien l-iskola tad-drama, Martin u sehbitu Joanna, u l-membri kollha tal-familja, li kollha raw li jghiduli Happy Birthday ma mmurx nahseb li nsew hehe. U anki z-zijiet l-ohra u n-nanna. U habibti tax-xoghol. Tad-dar sajruli lazanja ghax jafu li vera nhobbha. Missieri xtrali wkoll verzjoni ta' Ipod, ghax ili bzonn recorder ghall-intervisti u issa izjed bzonnu. Dejjem kont nissellef t'ohti u dik erhilha tgerger. Il-Mummy saqsietni x'irrid li tixtrili imma jien sthajt nghidilha, u tatni flus.

Il-lejla ma nfx fejn ha jehodni r-rih. Dan l-ahhar ma tantx qed jehodni mkejjen. Abbli nispicca gewwa, ghandi ftit swied-il qalb. Hsibt li nsuq sa Wied il-Ghajn, u niftakar f'jiem li ghaddew. Fix-xemx tizreg, iz-zghazagh misluta, it-tkaken hoxnin u l-ghajjat hieles. Niftakar fl-injoranza.

Comments

Popular Posts