Granet godda

Ili sew ma nersaq 'l hawn. Dis-swidija kollha. Forsi missni nikkunsidra bidla tal-kulur fl-isfond. Isma' l-kliem tqil u pedantiku. Qatt m'ghadu jkolli wisq cans. Belt gdida mimlija hajja u zghazagh multinazzjonali ma thallilekx wisq nifs, u dan ma jdejjaqni xejn biex niftehmu. Illum ga' l-Hamis; hawnhekk iz-zmien jitgerbeb bhall-karamelli. Sibt ftit minuti qabel il-brejk biex inholl zewg kelmiet. Il-lejla suppost se mmur nara performance taz-zfin.

L-ahhar xhur tieghi f'din il-belt gdida kienu mimlija bhas-soltu, imqajmin, kuluriti, imtektkin b'hafna ucuh u postijiet godda li qatt ma rajt f'hajti. Il-Hdud, fejn Malta dejjem naghzel li nixxahxah ghad-dell gewwa forsi xi darba nikteb il-kapulavur ta' hajti, hawnhekk nitlaq kollox minn idi u nkompli niggerra, kif jien u shabi nistejqru minn lejl shih barra. Niekol xi haga, nilbes u nitlaq 'il barra. Inqas ma noqghod fil-flat ahjar. Hawnhekk zdiedu l-mumenti fejn tassew inhossni kuntenta u xortija tajba. Inkun miexja lura d-dar mix-xoghol fix-xemx, u niftakar li jien qieghda f'belt gdida fejn qatt ma tispicca idek f'idek u fejn hemm elf haga x'issib. U minnufih tahrabli tbissima. L-idea li nqattghu tliet kwarti minn hajjitna x-xoghol xorta ghadha tkiddni, madankollu. Din l-ikbar tragedja umana. Zball li ma jinhafer qatt. L-iskrivanija x-xoghol lanqas thares lejn it-tieqa. Quddiemi nara l-hajt abjad. U kultant indawwar wicci, nittawwal barra, xi drabi anki nersaq lejn it-tieqa u ntawwal idi fir-roqgha xemx li tidhol. Il-kurituri dritti u siekta wisq.

M'ilux mort il-Lussemburgu fejn iltqajt ma' hafna Maltin vicin xulxin, mhux bhall-Maltin t'hawnhekk. Laqghuna tajjeb u hadt gost insir nafhom. Ghalkemm post kwiet, strihajt fil-weekend tal-Lussemburgu.

Hawnhekk gieli nhossni tant ferhana li mhux l-ewwel darba li ghaddhieli l-hsieb li lejn Malta ma nersaqx aktar. Inkun f'xi kuncert tajjeb jew xi wirja ta' l-arti, u nhoss li arti qatt ma sqietni minn dan. Minflok dahket f'wiccu u kinsitu taht it-tapit u sadditli halqi. U b'hekk nistkerraha u nhossni fl-ahhar hienja 'l boghod mid-djuq il-mohh tan-nies izekzku u l-għajnejn jisqru. Imma mbaghad, inxomm il-fwieha taz-ziffa mil-bahar, is-shana helwa tas-Sajf, ix-xemx tolqot it-toroq u taghti n-nar il-gebla ratba safra, li titfarrak taht subghajk. U ma nkunx nista' ninsa, nitqalleb fis-sodda u nohlom bl-ilhna hielsa, il-madum kiesah, il-blat minn fejn thares lejn il-mewg sejjer 'il barra, 'il boghod, 'il boghod fejn, x'imkien, hemm dinja.

Comments

Christian D. said…
'L-idea li nqattghu tliet kwarti minn hajjitna x-xoghol xorta ghadha tkiddni, madankollu. Din l-ikbar tragedja umana.'

Naqbel! :)

Popular Posts