Blu perfett

F'din il-kwarantina twila, nixtieq qiegħda Malta, nixxemmex fix-xemx tiżreġ sħuna, fiż-żiffa tal-baħar, taħt sema blu perfett, qrib il-qraba tiegħi, u dak kollu li nħobb daqs kemm nistmerr. Dan l-aħħar donni tbattalt mill-interess lejn dak li hu barrani, x'aktarx għax fhimt li kulħadd l-istess fid-dinja, u li f'ħafna każijiet l-essenzjali huwa komuni għal kulħadd u jinsab iktar fl-affarijiet sempliċi u bażiċi, iktar milli f'dawk kumplessi wisq. Meta nkunu għadna ħerġin fid-dinja, inkunu mimlijin ħerqa nitilqu minn fejn bdejna biex niskopru dak li mhux magħruf għalina. Interess importanti u san. Iżda wara ċertu żmien, inħoss li jkun jeħtieġ li mmorru b'xi mod lura mnejn bdejna, anki jekk mhux il-post fiżiku iżda psikoloġiku, u nħarsu lejn il-veduta b'għajnejn ixjeħ.

Out of blue sky : Q park soho

Comments

Popular Posts