Nagħsa Twila

Ir-rebbiegħa mhux ser tistenna lilna. Xemx tiżreġ filwaqt li lkoll maqfula ġewwa. Ilkoll weqfin, ilkoll ħosbiena. X'se jsir minna? Kemm se ttul din il-marda? Għad nerġgħu nimxu fit-toroq b'serħan il-moħħ? Mingħajr ma ninkwetaw fuq infezzjoni qattiela għall-għarrieda? Ir-raġel igerger ma' martu li ż-żgħira ma tħallihomx mument kwieti, huma u jduru ħin kollu ma' djul xulxin f'darhom. Jaraw kif isibu x'jagħmlu, jimsħu l-mejda, jikinsu l-art, jaraw x'se jsajru, jaraw film ta' kull fl-għaxija, jilagħbu l-karti, jorqdu kmieni u jqumu tard. Is-Sibt u l-Ħadd saru bħat-Tnejn u t-Tlieta.

Ħafna qed jgħidu li għad fadlilna ħafna iktar wara April kwarantina. Sa Ġunju l-għajdut. Nagħsa twila.

Comments

Rose Galea said…
Niehdu pacenzja ghall-gid taghna u ta' kulhadd. Ahjar indumu ftit izjed u nkunu certi li din il-virus tkun ghaddiet.

Popular Posts