Konfini

Squirting Cucumber | Project Noah
Niftakar il-faqqus fil-passiġġati twal man-nannu, mal-ġenb tat-triq aħna u mexjin f'nofs l-għelieqi hi u nieżla x-xemx fuq Ħadd ieħor kajman. Dik hi l-ħajja li ngħixu ta' tfal. Kwieta, familjari, sanitarja. Awtosuffiċjenti. Bla bżonn sfrenat ta' barranin. Erba' min-nies biżżejjed, ġo dwejra umli fuq blata ċkejkna. Bżonn xejn lil hinn minnha. U f'dil-kwarantina u iktar ma jgħaddi ż-żmien, qed nerġa' nitgħallem l-istess - inċekken mill-ġdid id-dinja tiegħi, ngħożż dak li għandi u dak li jien u  ma nemminx li hemm dejjem id-deheb fuq in-naħa l-oħra tal-għalqa. Dan ma jfissirx li m'għadnix nimmeravilja bħal dejjem bid-dinja u għatxana għall-għarfien, iżda forsi fhimt li d-dinja hi fl-aħħar mill-aħħar żgħira u universali.

Il-faqqus, wara kollox, iwarrad biss fejn jinbet, jistenbaħ kuljum għall-istess żerniq, u jgħix jiemu bla mistoqsijiet żejda.

Comments

Rose Galea said…
Prosit Miriam, hsebijiei sbieh, qabbizt
li id-dmugh. Memorji sbieh ta' tfulija semplici u kwieta.

Popular Posts